Is-Summit li qed isir f'pajjiżna għandu jkun wieħed illi jieħu azzjoni ċara fuq il-bżonn illi l-immigrazzjoni tkun regolata, jiġifieri li immigrant ikollu modi legali ta' kif jista jidħol f'pajjiż Ewropew. Dan qalitu mal-illum.com.mt Kelliema tal-UNHCR Carlotta Sami, li saħqet kif is-sitwazzjoni bħalissa tfisser biss kaos li qed iwassal għal abbuż. Sami tfakkar illi b'immigrazzjoni illegali nies qed ikunu użati, traffikati u abbużati fuq il-post tax-xogħol.
Imma r-regolarizzazjoni tal-immigrazzjoni ma tfissirx li jidħlu aktar immigranti fl-Ewropa? "Le" tisħaq Sami, li tkompli tispjega kif dawk li jixtiequ jitilqu minn arthom xorta se jagħmlu dan, bid-differenza li jekk ikun hemm modi legali ta' kif immigrant jidħol l-Ewropa l-abbuż jkun jista jitnaqqas u jiġi kkontrollat.