Proġett ta' enerġija bejn l-Enemalta/Shanghai Electric u l-Afrika

Il-PM Muscat iħabbar illi l-Gvern permezz tal-Enemalta u Shanghai Electric għandu pjani biex jinvesti fi proġett tal-enerġija fl-Afrika

Il-Ministru responsabbli għall-qasam tal-Enerġija Konrad Mizzi
Il-Ministru responsabbli għall-qasam tal-Enerġija Konrad Mizzi

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija li saret mill-ILLUM il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi Malta hija interessata li tinvesti fil-kontinent Afrikan tant illi hemm pjani ta' proġett mal-Enemalta u Shanghai Electric biex isir investiment f'pajjiż Afrikan. Dan stqarru wara li l-ILLUM staqsa jekk is-Summit li se jkompli dalgħodu hux se jkun qed jiddiskuti l-bżonn li tingħata spinta mill-privat u mill-investituri biex jinħoloq aktar xogħol fl-Afrika. 

Waqt li kien qed jagħti l-aħħar kummenti tiegħu wara l-ewwel siegħat tas-Summit Muscat spjega wkoll kif il-fattur tal-Libja huwa importanti, għalkemm mhux l-unika fattur li wieħed għandu jikkunsidra. Muscat sejjaħ bħala "delużjoni" il-ħsieb li l-Libja jista jkollha Gvern ta' għaqda nazzjonali. 

More in Politika