Busuttil jgħid lil Tony Abela biex jagħmel post għal Joe Giglio

Busuttil talab lil Tony Abela biex ma jikkontestax l-elezzjoni każwali biex jiġi 'co-opted' l-avukat Joe Giglio fil-Parlament

Il-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil xejn mhu kuntent bir-ritorn tan-nutar Tony Abela li daħal fil-Parlament wara r-riżenja tal-eks ministru Joe Cassar. Dan żvelatu l-Malta Today il-bieraħ. Busuttil fil-fatt ltaqa ma' Tony Abela u pprova jikonvinċiħ biex ma jikkontestax l-elezzjoni każwali biex din ma ssirx u jiġi 'co opted' Joe Giglio. Iżda Tony Abela tefa n-nominazzjoni tiegħu u imbagħad l-oħrajn segwewh. Tony Abela kien diġa kkontesta l-elezzjoni kaċwali wara li kien tefa r-riżenja Lawrtence Gonzi iżda dak in-nhar dik l-elezzjoni intrebħet minn Antoine Borg.

Il-kap tal-oppożizzjoni xtaq lil Giglio biex ikollu wiċċ ieħor ġdid fil-parlament fl-isforzi tiegħu biex jibdel il-wiċċ kollha tal-PN tal-passat. Skont il-malta Today anke Beppe Fenech Adami pprova jikkonvinċi lil Abela li dan il-fatt xejn ma niżel tajjeb man-nutar Rabti.

Giglio hu l-bniedem li Busuttil qed jimbotta ħafna fil-partit tiegħu tant li anke ħa post Frank Psaila bħala preżentatur tal-programm fuq NET TV  Iswed fuq l-Abjad filwaqt li Psaila ħa post Norman Vella fil-programm Newsfeed.



 

More in Politika