Fil-programm tal-lejla Saviour Balzan se jikkonfronta lil Sandro Chetcuti, President tal-Malta Developers Association u jitkellem dwar l-iżvilupp u l-bini f’Malta. Il-proprjetà u l-impatt ambjentali. Immedjatament wara Saviour Balzan jintervista lil Paul Fenech, chairman tal-Valletta’s Republic Street Business Community fejn jitkellem dwar il-kummerċ fil-kapitali Maltija. Fenech jitkellem dwar il-kompetizzjoni fi bnadi oħra ta’ Malta li jekk xekklux il-kummerċ mill-Belt Valletta u x’impatt qed iħalli t-trasport pubbliku fuq il-kummerċ fil-Belt Valletta u ħafna aktar.
Reporter, illejla, fl-10.05pm fuq Reporter b'ripetizzjoni t-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2. Għal iktar aġġornamenti segwu fuq Facebook u anke fuq Twitter.