Mhux daqstant ħin Ingliż

Numru ta' mexxejja waslu tard għal appuntament mar-Reġina hekk kif weħlu fit-traffiku

Ir-Reġina tħalliet tistenna
Ir-Reġina tħalliet tistenna

Għalkemm nużaw l-espressjoni "ħin Ingliż" biex infissru li persuna tasal fuq il-post fil-ħin jidher li numru ta' mexxejja, fosthom il-Prim Ministru Kanadiż Trudeau, ma waslux fil-ħin għal appuntament tal-Commonwealth li kellhom mar-Reġina Eliżabetta. Dan l-inċident, minkejja li huwa wieħed żgħir, spiċċa fuq il-midja Ingliża, primarjament fuq is-sit Telegraph. 

Jidher li sa' ħames minuti ma kien wasal ħadd, sakemm bdew jaslu l-ewwel mexxejja. Trudeau u l-President tan-Niġerja kienu fost l-ewwel li waslu u 10 minuti wara bdew jaslu l-mexxejja l-oħrajn. 

Minkejja organizzazzjoni tajba ħafna, it-traffiku xorta kellu jħalli impatt fuq dan l-avveniment li qed isir f'pajjiżna bħalissa

More in Politika