Il-Front Ħarsien ODZ jesiġi studji qabel il-proposta tal-mina 'tinbidel f'waħda populista'

Il-Ministru Refalo jrid referendum ... il-Front Ħarsien ODZ jgħid mhux qabel ma jsiru l-istudji
Il-Ministru Refalo jrid referendum ... il-Front Ħarsien ODZ jgħid mhux qabel ma jsiru l-istudji

Front Ħarsien ODZ għadu kif ħareġ stqarrija illi fiha qed jesiġi li jsiru l-istudji kollha neċessarji dwar il-proposta ta' mina bejn Malta u Għawdex qabel mal-kwistjoni "tinbidel f'waħda populista". Din l-istqarrija toħroġ jumejn wara li l-ġurnal l-ILLUM irraporta kif il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo jemmen li għandu jsir referendum u li l-vot Għawdxi għandu jkollu aktar saħħa. Il-Gozo Business Chamber diġa ħarġet kontra l-proposta li din il-proposta tmur għal referendum permezz tal-President tal-GBC Michael Grech.

Il-Front spjega kif huwa importanti li s-soċjeta ċivili tidħol fi djalogu fuq kwistjonijiet bħal dan. "Għal din ir-raġuni il-Front jemmen illi l-proposta ta' mina teħtieġ studji komprensivi u ta' impatt li jitrattaw fatturi ekoloġiċi, ġeoloġiċi, ekonomiċi u soċjali, fost oħrajn.

 

 

More in Politika