'Għawdex mhux gżira tal-vaganzi biss'

Iffurmat Front favur il-mina bejn Malta u Għawdex ... jattendu Franco Mercieca u Chris Said

Il-membri tal-Front favur il-Mina flimkien mal-MP Franco Mercieca u Chris Said
Il-membri tal-Front favur il-Mina flimkien mal-MP Franco Mercieca u Chris Said

Grupp ta' studenti Universitarji ngħaqdu biex inħoloq il-Front Favur il-Mina, li kif jgħid ismu stess, se jkun qed jikkampanja biex tinbena l-mina bejn il-gżejjer Maltin. Għall-ewwel konferenza ta' dan il-front, li saret f'Sa Maison, attendew il-Membri Parlamentari Franco Mercieca minn naħa tal-Partit Laburista u Chris Said għall-Partit Laburista. 

Jonathan Mintoff, membru tal-Front, spjega kif bħala grupp huma favur proċess li jsir fi tliet stadji biex tkun riżolta l-problema ta' konnetivita' bejn il-gżejjer. Mintoff fakkar kif Għawdex mhux biss gżira tal-vaganzi, imma hemm ukoll 1,700 student Għawdxi u 30,000 ħaddiem Għawdxi li jiddependu minn konnetivita' aħjar bejn Malta u Għawdex. 

membru ieħor tal-Front, Beppe Galea, qal illi l-grupp qed jissuġerixxi ir-riintroduzzjoni tal-'fast ferry service', apparti l-mina bħala soluzzjonijiet għaż-żmien li ġej fejn tidħol konnettivita'.

 

 

 

More in Politika