Fil-qasam tal-lukandi u stabbilimenti tal-ikel hemm b'kollox mal-4,700 ħaddiem li huwa barrani, li jfisser li s-settur tal-akkomodazzjoni u servizz tal-ikel huwa l-aktar settur li fih huma impjegati ħaddiema barranin. Fil-fatt minn dawn 3,491 persuna ġejjin minn pajjiżi mill-Unjoni Ewropea filwaqt li 1,185 ġejjin minn pajjiżi barra mill-UE.
B'kollox f'Malta, bħalissa hawn mas-26,000 ħaddiem li huma barranin, b'18,187 ġejjin minn pajjiż fl-UE u 7,858 minn pajjiżi barra l-UE.
Din l-informazzjoni ingħatat mill-Ministru għax-Xogħol u Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari tal-Ministru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali Carmelo Abela.