Bdiewa u sajjieda Għawdxin: 'L-aċċessibilita' m'għandhiex tkun limitata għal mina'

Il-Konfederazzjoni Għawdxija għall-Agrikoltura u Sajd tħeġġeġ biex ikunu esplorati l-għażliet kollha

Il-bdiewa u sajjieda jħeġġu biex ikunu esplorati l-possibiltajiet kollha u mhux dik ta' mina biss
Il-bdiewa u sajjieda jħeġġu biex ikunu esplorati l-possibiltajiet kollha u mhux dik ta' mina biss

Fi stqarrija il-Konfederazzjoni Għawdxija għall-Agrikoltura u Sajd ħeġġet biex l-istudji li se jsiru dwar l-aċċessibilita' bejn iż-żewġ gżejjer tkun aktar wiesa' u ma tkunx biss dwar mina bejn iż-żewġ gżejjer. Fil-fatt l-istess Konfederazzjoni qed tħeġġeġ biex id-diskussjoni ma tkunx limitata biss għal proġett ta' mina "iżda tinkludi wkoll studju dwar il-fast ferry service u l-impatt ta' airstrip". L-istess Konfederazzjoni tfakkar illi l-Airstrip hija importanti biex tgħaqqad lill-Għawdex mhux biss ma' Malta iżda "ma destinazzjonijiet oħrajn". 

Il-Konfederazzjoni qed tħeġġeġ ukoll lill-Ministru għal Għawdex biex iwaqqaf Task Force illi permezz tagħha tkun tista ssir diskussjoni, mhux biss dwar l-aspett finanzjarju tal-proġett, iżda wkoll dwar l-aspett soċjo-kulturali, legali u ambjentali. 

More in Politika