MDA: 'Bil-bidliet fil-MEPA se tonqos l-art li tista tkun żviluppata'

L-iżvilupp f'Tigne, Tas-Sliema
L-iżvilupp f'Tigne, Tas-Sliema

Il-Malta Developers Association (MDA) tgħid li, bir-regolamenti ġodda li ħarġet il-MEPA (DC2015), effettivament naqset l-art li tista’ tkun żviluppata fejn qabel kien permissibbli. Din hi l-ewwel darba mill-1989 ‘l hawn li kien hemm dan it-tnaqqis.

Dan huwa r-riżultat tar-regolamenti ġodda li minħabba fihom ma jistax isir bini aktar fond minn 30 metru mit-triq u, meta jkun hemm aktar spazju fil-fond ta’ sit, ma jistax isir żvilupp fih. Il-projbizzjoni ta’ żvilupp intern (internal development) tkompli wkoll tnaqqas il-possibilità li numru sostanzjali ta’ siti jkunu żviluppati b’dan il-mod.

Dan ifisser li l-footprint tal-bini possibbli f’żoni tal-iżvilupp se jonqos sostanzjalment a skapitu tas-sidien tal-art li issa sabu li l-art tagħhom għandha potenzjal għal anqas żvilupp minn qabel u allura xi kultant tnaqqas il-valur tal-proprjetà tagħhom.

Filwaqt li l-MDA tifhem u taqbel li għandu jkun hemm spazji u pulmuni qalb il-bini, tiġbed l-attenzjoni illi dan qed isir mingħajr ebda kumpens lis-sidien ta’ dawn il-propjetajiet.

More in Politika