Il-Parlament Ġermaniż japprova l-intervent militari fis-Sirja

Bil-vot fil-Parlament, il-Ġermanja se tkun qed tieħu sehem fil-Koalizzjoni kontra l-Istat Iżlamiku

Il-Parlament Germaniz f'Berlin
Il-Parlament Germaniz f'Berlin

Il-Parlament Ġermaniż ivvota biex isir intervent fis-Sirja, kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku.

B’hekk il-gvern Ġermaniż issa approva l-appoġġ fil-koalizzjoni kontra l-grupp terroristiku.   

Il-Membri Parlamentari Ġermaniżi għażlu, b’445 vot favur, biex jassistu l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra l-ISIS.

Il-pajjiż se jkun qed joffri appoġġ permezz ta’ ajruplani militari tornado, vapuri u mal-1,200 suldat li jintbgħatu fir-reġjun.

Il-vot wasal wara t-talba ta’ Franza li għamlet fi żmien l-attakk f’Pariġi. Il-Ministri issa qed jinsistu li l-Ġermanja tinsab fil-mira tal-Istat Iżlamiku.

Il-Ħamis li għadda, ajruplani militari tar-Renju Unit wettqu l-ewwel attakk mill-ajru fis-Sirja. Dan wara li l-Parlament Ingliż kien awtorizza l-operazzjonijiet militari.

L-inizjattiva Ġermaniża se tiswa €134 miljun.

More in Politika