Waqt li kien qed jitkellem fil-programm 'Il-Parlament tal-Poplu' fuq Smash TV l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici saħaq li m'għandux ikun l-irwol ewlieni tal-President tar-Repubblika li "tittallab għall-karita'".
Filwaqt li qal li xejn m'għandu jneħħi mill-kredtu tal-intenzjonijiet tajbin ta' kull President meta jiġbor/tiġbor għal min huwa fil-bżonn saħaq illi l-flus li qed jinġabru għall-karita' għandu minflok jagħmel tajjeb għalihom il-Gvern. Mifsud Bonnici spjega kif jekk, per eżempju il-Community Chest Fund tirċievi f'€4 miljuni f'għajnuna minn attivitajiet ta' karita, minflok ma jsiru attivitajiet bħal-Istrina għandu jkun il-Gvern li joħroġ dawn il-miljuni f'għajnuna lil min għandu bżonn. L-eks-Prim Ministru fakkar illi Malta għandha welfare State b'saħħtu u għandu jkun dan li jkompli jwieżen lil min jinsab fil-bżonn,