Naqra xitwa għal jumejn u lura għax-xemx nhar il-Ġimgħa

It-temp xott kien sforz anti-ċiklun li baqa' staġnat fuq l-Ewropa, tgħid firstmalta.com

L-aħħar disa’ ġimgħat kienu ferm iktar xotti u neqsin mix-xita mill-medja għal dan il-perjodu.  Diċembru kien iktar qisu mezzutemp milli xahar li normalment l-iktar li jxarrabna matul is-sena.  Dan kollu sforz’ fenomenu magħruf bħala ‘antiċiklun’ li dam staġnat fuq l-Ewropa u ċ-ċentru tal-Mediterran.  Jidher li iżda fl-aħħar ġranet din is-sistema ddgħajfet sew u se jkun possibbli biex finalment minn għada nistennew ix-xita li tant ilhom jitolbu għalija l-bdiewa.

Formazzjoni ta’ xita li qed jifformaw dalgħodu fuq l-Alġerija u Ruma mistennija jingħaqdu u jimxu lejn Malta.  Is-simulazzjoni bil-kompjuter qed tindika li x-xita tibda f’partijiet minn Malta minn għada l-Erbgħa bejn il-11am u s-1pm li iżda umbagħad tilħaq Malta u Għawdex kollha sat-3 ta’ wara nofsinhar.  Ix-xita mistennija tippersissti sas-6pm u tnaqqas bil-mod.  Iżda mistennija terġa’ taqbad kmieni l-Ħamis filgħodu u sas-6am tkun laħqet kullimkien u tkompli sa xi nofsinhar fejn umbagħad iżda tibda’ tbatti.

Ir-riħ mistenni jkun predominanti Punent Majjistru, 40 km/h l-Erbgħa (Forza 6) filwaqt li l-Ħamis jilħaq il-55 km/h (Forza 7).  Iżda f’xi ħin qasir jilħaq saħansitra is-70km/h u fuqhom (Forza 8).

It-temperaturi xorta mistennija jilħqu 18-il grad ċelsjus f’xi ħin fil-jumejn li ġejjin.  Il-Ġimgħa t-temp mistenni jirranġa u fi tmiem il-ġimgħa (is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Jannar) it-temp mistenni jerġa’ jkun xemxi b’temperaturi ta’ 19-il grad ċelsjus.  

More in Politika