Il-PN: Konrad Mizzi 'sfaċċat' u 'jitmejjel bin-nies'

Il-Ministru Konrad Mizzi. 'Sfaċċat' u 'jitmejjel bin-nies' skont il-PN
Il-Ministru Konrad Mizzi. 'Sfaċċat' u 'jitmejjel bin-nies' skont il-PN

Fi stqarrija maħruġa b'risposta għall-aħbar li Albert Fenech se jkun qed imexxi Sptar tal-qalb bħala parti mill-proġett tal-Gvern Laburista għal San Luqa il-PN qal li l-poplu Malti u Għawdxi se jkollu jibda’ jħallas għas-servizzi tal-Kirurgu Albert Fenech. "Fil-fatt, wara li dan twaqqaf milli jaħdem fl-Isptar Mater Dei, fejn il-pazjenti kienu jgawdu mis-servizzi tiegħu mingħajr ma jħallsu, issa, l-kumpanija privata li se tiftaħ sptar ġdid f’Malta, impjegatu, għax rat il-valur tiegħu, u fdatu biex imexxi s-settur tal-Kirurġija ta’ dan l-istess sptar."

Il-PN joħroġ b'attakk qawwi fuq il-Ministru Konrad Mizzi u jgħid li "jrid ikollu wiċċu tost il-Ministru Konrad Mizzi li joħroġ jiftaħar li l-Professur Albert Fenech qed jappoġġja l-pjani tiegħu fil-qasam tas-saħħa wara li keċċieh mix-xogħol u ġiegħlu jfittex xogħol band’oħra. Imma l-isfaċċataġni ta’ Konrad Mizzi li jipprova jitmejjel bin-nies issa saret ovvja daqs tal-Prim Ministru tiegħu li anki b’sempliċi messaġġ tal-ewwel tas-sena jigdeb u jitmejjel bin-nies bla ebda mistħija."

Ara l-istorja ta' Albert Fenech li ħarġet l-illum.com.mt iktar kmieni, hawn.

More in Politika