L-illum.com.mt huwa infurmat illi matul il-lejl li għadda sas-siegħat bikrin ta' filgħodu kien hemm attivita qawwija fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Kastilja. Din l-attivita' hija marbuta mal-fatt li fi ftit ħin ieħor l-Awditur se jkun qed jippreżenta r-rapport tiegħu dwar il-każ tal-esproprijazzjoni ta' Gaffarena, liema rapport mistenni jiddetermina l-futur tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon.
Dan is-sit huwa nfurmat ukoll illi l-Prim Ministru Joseph Muscat ma tantx jidher li huwa entużjast ħafna dwar il-possibilita' ta' reshuffle imminenti. Minn naħa l-oħra Kelliem mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ċaħad rapporti li deheru f'sezzjoni tal-media illi Leo Brincat se jkun qed jieħu post Louis Galea fil-Qorti Ewropew tal-Awdituri