"L-istrateġija tas-suq diġitali hu dwar negozji żgħar tal-familji fl-irħula Maltin u Għawdxin li jinfetħu għas-suq kompettitiv, fejn jagħtu lil konsumatur aktar għażla u tipprovdi servizzi lil dawk li jridu jinqdew mis-salotti tagħhom. Irrespitivemant mill-IP address, mill-indirizz postali u minfejn ħarġet il-karta tal-kreditu: hi dwar li nsibu soluzzjonijiet innovattivi għal tqassim ta’ pakketti minn pajjiż għall-ieħor b’inqas spejjeż. B’hekk is-settur ta’ krejattivita fl-irħula tagħna jingħataw ‘platform’ ġdid.” Dan qalitu l-MEP Maltija Therese Commodini Cachia f’dibattitu Parlamentari fuq il-vot tal-istrateġija fis-Suq singolu diġitali.
Comodini Cachia qalet li din l-istrateġija ma tnaqqasx s-suq kummerċjali fiżiku u mhix dwar il-kummerċ. Din tindirizza d-data protection, il-protezzjoni ta’ min jikkreja u min jużahom, tirriċerka l-proċessi u l-‘iskills’ li jkun hemm bżonn. Iżda fuq kollox tindirizza li tiffaċilita soċjeta aktar inkulussiva u għandha l-potenzjal li tagħmel interazzjoni, kummerċjali, edukattiva, kuturali u soċjali aktar aċċessibbli għal kulħadd.