Fl-ewwel reazzjoni tiegħu il-Kap tal-PN Simon Busuttil laqa' b'mod pożittiv ir-rapport tal-Awditur, li fakkar illi sar b'inizjattiva tal-Oppożizzjoni. "Ir-rapport huwa kundanna kbira fil-Gvern ta' Joseph Muscat li jinsab fi kriżi ta' korruzzjoni", qal Busuttil.
Huwa għamel referenza għal kliem Falzon meta dan qal li r-rapport qisu kitbu il-Kap Nazzjonalista. "Dan huwa ċertifikat mill-aqwa li tagħulna Michael Falzon" qal Busuttil li spjega kif il-kredibilita' tal-Prim Ministru tinsab nieżla b'mod qawwi ħafna. Huwa kompla jgħid li l-akbar skandli seħħew fil-qasam tal-artijiet li jaqa' taħt il-l-Prim Ministru u tal-Ministru.
Busuttil qal li Muscat kaxkar saqajh għal tmien xhur sħaħ "u issa kien kostrett jaċċetta r-riżenja, mhux għax ried għax kien kostrett."
Ir-rapport huwa "gravissimu" u wieħed ta' kundanna ċara. Mistoqsi mis-sit illum.com.mt dwar x'se tkun ir-reazzjoni tal-PN għall-fatt li l-Gvern ħabbar riforma Busuttil qal li ma tistax tgħatti ix-xemx bl-tħarbiel.