Minkejja li kienet ittra ta' riżenja dik ta' Michael Falzon il-kontenut fiha kritika qawwija ħafna lejn l-Ufiċċju tal-Awditur. Fil-fatt wara li jitlob lill-Prim Ministru jaċċetta r-riżenja tiegħu Falzon jiftaħ il-kanuni fuq l-awditur u jgħid illi l-istess NAO "litteralment jitqanżaħ biex jipprova jiġġustifika l-konklużjonijiet kontradittorji illi jipprova jasal għalihom". Fl-istess ittra Falzon jiġbed l-attenzjoni kif fir-rapport hemm partijiet li jgħidu li huwa ffaċilita l-esproprju u f'partijiet oħrajn jgħid li ma ndaħalx biżżejjed.
L-ittra ta riżenja li hija waħda qawwija ħafna tgħid illi Falzon ma jistax jifhem kif ir-rapport ġie 'leaked' qabel, xi ħaġa li għamel referenza għaliha lbieraħ u li minkejja l-konklużjonijiet tiegħu hu jibqa jsostni illi ma ndaħalx fil-proċess kollu tal-esproprju.