Nirreferi għal-laqgħa ta’ dalgħodu tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD fejn il-membri tal-media ma tħallewx jattendu għall-ewwel parti tal-laqgħa bħas-soltu.
Ic-Chairperson, is-Sur Bencini, irid jiccara li din kienet deċiżjoni meħuda bi qbil mill-imsieħba soċjali nfushom f’laqgħa li saret fis-16 ta’ Diċembru 2015. Id-decizjoni kienet li l-Media titlob kummenti minghand is-Shab Socjali qabel jew wara l-laqgha iżda ma jidħlux għal-laqgħa kif kienet il-prassi taħt Amministrazzjoni preċedenti.
Fl-ebda ħin ma kien hemm involviment tal-Gvern f'din id-decizjoni ghax Il-Gvern dejjem irrispetta l-awtonomija u d-deċiżjonijiet meħuda mill-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill.
Dan ikkonfermah ic-Chairman tal-MCESD nnifsu fil-bidu tal-laqgħa.