Jirriżenja minn segretarju ta' Herrera u jieħu żieda ta' €7,000

The Times of Malta rrappurtat li Charlon Gouder ingħata pożizzjoni ta' konsulent b'salarju ta'  €36,482, allowance tal-karrozza ta €4,659 fis-sena u allowance għal mobile ta'  €815 fis-sena

Il-kandidat għal membru Parlamentari Ewropew, Charlon Gouder irriżenja mill-'post' ta' segretarju privat tas-segretarju Parlamentari Jose Herrera, u ġie miżmum bħala konsulent fl-istess segretarjat u ngħata żieda ta'  €7,000. Ir-rwol ta' konsulent ġie konfermat mill-ministru Chris Cardona  waqt mistoqsija Parlamentari magħmula minn Beppe Fenech Adami.

Is-salarju ta' segretarju privat skont ir-regoli tal-Gvern itellgħu sa massimu ta'  €29,133, li hu ta' skala 5 taċ-ċivil. U bir-remunerazzjoni tal-konsulenza ttellgħu għal skala 3 b'salarju massimu ta'  €36,482. HU qed jagħmel konsulenza dwar diversi proġetti u inizjattivi tal-avukat Herrera. Barra hekk l-avukat Gouder għandu allowance tal-karrozza għal  €4,659 fis-sena u allowance għal mobile ta'  €815 fis-sena. Ix-xogħol ta' konsulenza beda mill-1 ta' Settembru tas-sena li għaddiet. Iżda ilu ma' Herrera minn Marzu 2013 meta kien ingħata pożizzjoni ta' fiduċja fis-segretarjat tal-avukat Herrera.

 

More in Politika