It-traffiku l-akbar preokupazzjoni tal-Maltin bħalissa

Skont stħarriġ tal-Maltatoday dawk li vvutaw PL l-ewwel darba fl-2013 huma kkonċernati wkoll dwar il-korruzzjoni

Mingħajr wisq sorpriżi stħarriġ tal-Maltatoday juri kif it-traffiku bħalissa huwa l-akbar preokupazzjoni tal-Maltin. Fil-fatt din il-kwistjoni kienet fuq nett fir-risposti li tat kull kategorija ta' nies li rrispondew għall-istħarriġ. 

Fost dawk kollha li rrispondew 24% qalu li t-traffiku hija l-akbar problema, b ftit aktar mill-istess ċifra ta' dawk li vvutaw PL għall-ewwel darba jgħidu li t-traffiku hija l-akbar preokupazzjoni. L-aktar li t-traffiku kien meqjus bħaa problema kien fost dawk li rrispondew li mhux se jivvotaw b'madwar 27% ta' dawn isemmu t-traffiku bħala l-problema numru wieħed tal-pajjiż. Din il-problema hija fil-quċċata tal-aġenda wkoll ta' dawk li ma jafux kif se jivvotaw. 

Fost il-votanti meqjusin bħala 'switchers' il-korruzzjoni hija t-tieni l-akbar preokupazzjoni b'20%, bl-ambjent jiġi t-tieni bi ftit inqas minn 18%. 

More in Politika