Priġunier fl-ITU u f'qagħda kritika minħabba virus tal-influwenza

Priġunier ieħor jinsab l-ITU wkoll imma f'qagħda stabbli

Ilejla s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal fil-Parlament li żewġ priġunieri bħalissa qegħdin fl-ITU minħabba kumplikazzjonijiet relatati ma' influwenza. Għall-mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg Fearne qal illi il-priġunieri ngħataw il-possibilita' ta' tilqim, bħal ma kellhom l-istess opportunita' kull membru tal-pubbliku. Għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami Fearne qal illi d-Dipartiment tas-Saħħa kien infurmat mill-ewwel bis-sitwazzjoni u offra wkoll kura għal dawk li kienu qegħdin f'kuntatt maż-żewġ priġunieri li kienu iżolati biex il-mikrobu ma jinfiruxx aktar

Dawn iż-żewġ priġunieri ntlaqtu minn virus tal-influwenza li affetwa numru ta' priġunieri. 

More in Politika