Il-Parlament Ewropew illum approva b’maġġoranza assoluta r-rapport tar-reviżjoni tal-istrateġija tal-bijodiversita tal-Unjoni Ewropeja. Dan ir-rapport jagħmel sejħa għall-protezzjoni tad-direttivi dwar l-għasafar u l-abitati.
Il-vot kien ta’ 592 favur u 52 biss kontra.
Fi stqarrija għall-istampa, Birdlife International qalu li l-vot fil-Parlament Ewropew illum bagħat messaġġ ċar lil Frans Timmermans, Kummissarju Ewropew għal regolazzjonijiet aħjar, u Karmenu Vella, Kummissarju Ewropew għall-ambjent, li m’għandhom l-ebda mandat biex jibdlu dawn id-direttivi. Birdlife qalet li l-mandat tagħhom hu li jipproteġuhom.