Il-maġistrati maħturin joħolqu kontroversja

Il-PN jitfa’ dubji fuq il-kostituzzjonalita ta’ dawn il-ħatriet

Ingrid Zammit Young u Caroline Farrugia Frendo
Ingrid Zammit Young u Caroline Farrugia Frendo

Il-Maġistrati li għadhom kif ġew maħturin mill-Gvern, Ingrid Zammit Young u Caroline Farrugia Frendo, iddaħħlu f’kontroversja dwar jekk dawn humiex kostituzzjonalment eliġibbli.

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi qal fil-Parlament il-bieraħ li jista’ jkun li dawn l-ħatriet ma jissodisfawx il-klawsoli li hemm fil-kostituzzjoni dwar ħatriet bħal dawn. Partikolarment il-ħatra ta’ Zammit Young inġieb f’dubju meta l-Kostituzzjoni tgħid li persuna ma tistax tiġi maħtura maġistrat qabel jgħaddu tliet snin minn mindu telqet minn posizzjoni uffiċjali pubblika. Riċentament Zammit Young kienet Chairperson tal-Kummissjoni għall-Impjiegi.

Azzopardi qal ukoll li Farrugia Frendo, li għandha 33 sena, trid tkun ipprattikat il-liġi għal seba' sena qabel tinħatar maġistrat u din hija kundizzjoni oħra tal-Kostituzzjoni. Huwa talab li l-Ministru tal-Ġustizzja jagħmel dikjarazzjoni ministerjali dwar jekk il-Kostituzzjoni kinitx qed tiġi rispettata rigward dawn il-ħatriet. Il-Ministru Owen Bonnici rrifjuta li jagħmel dan. Hu qal lil Azzopardi li jekk irid, dan iċempillu u jitkellmu privatament dwar dan.

Bonnici qal li l-ħatra ta’ Zammit Young se tiġi riferita lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja imma dik ta’ Farrugia Frendo hija kostituzzjonali.

More in Politika