'Il-President mhux se tkun qed tipproċedi bil-ħatriet tal-Maġistrati l-ġodda'

Simon Busuttil f'laqgħa mal-President dwar il-ħatriet

Wara li l-kap tal-Oppożizzjoni, iktar kmieni wera t-tħassib tiegħu fuq il-Maġistrati l-ġodda li kienu mistennija jinħatru, minħabba li ma kinux jilħqu l-kriterji neċessarji għal dan l-irwol, hu iltaqa' mal-President biex jiddiskuti dan.

F'din il-laqgħa, Busuttil sostna kif l-ebda miż-żewġ kandidati mhuma eliġibbli għal dan l-irwol minħabba li Ingrid Zammit Young hija chairperson tal-Kummissjoni tal-Impjiegi, waqt li Caroline Farrugia Frendo għad m'għalqitx is-7 snin tipprattika l-liġi.

Għaldaqstant, il-President assigurat lil Busuttil li mhux se tkun qed tipproċeti bil-ħatra taż-żewġ avukati fl-irwol ta' maġistrat.

More in Politika