Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ser jibqa' jaħdem biex jiġbed lejn Malta investituri kbar. Muscat qal li se jkompli bil-pjanijiet li għandu għall-iżvilupp taż-żona ndustrijali tal-Imrieħel biex din issir żona ndustrijali mill-aqwa.
Muscat kien qed jitkellem waqt il-Laqgħa Ġenerali ta’l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) il-bieraħ u li fiha Sandra Chetcuti reġa ġie kkonfermat bħala President tal-MDA.
Min-naħa tiegħu il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista kien qed jaħdem fuq kitba ta’ linji ta’ gwida dwar l-eċċezzjonijiet fl-użu tal-ODZ. Busuttil qal li r-regola għandha tkun li ma jitħalliex żvilupp fuq art ODZ u l-eċċezzjonijet għal dan għandhom ikunu ċari.