Fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista il-bieraħ ġew approvati emendi għall-istatut li bihom membri parlamentari jkunu jistgħu jżommu l-posizzjoni ta' deputat mexxej tal-partit. Dan iwitti t-triq biex Konrad Mizzi, il-Ministru tas-Saħħa u Enerġija, jinħatar deputat mexxej tal-PL.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-emendi m’humiex sinjal li l-partit jinsab fi kriżi imma tiġdid, biex nuru li l-partit jaħdem biex jipproduċi r-riżultati.
Muscat qal li d-deputat il-ġdid irid joffri sinerġija bejn il-Gvern u l-Partit, għalkemm jifhem ukoll lil dawk li jaħsbuha li d-deputat mexxej għandu jiffoka fuq l-interessi tal-Partit.