Ilejla fuq il-programm Reporter il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici u x-shadow Minister Jason Azzopardi se jiddibattu l-bżonn ta' riforma fil-qasam tal-ġustizzja. Apparti dawn se jkun hemm ukoll intervisti mal-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello, il-Kummissarju tal-Liġijiet u eks-Deputat Nazzjonalista Franco Debono u l-kelliem tal-Alternattiva Demokratika Ralph Cassar.
Reporter jixxandar fl-22:05 fuq il-PBS u huwa ppreżentat minn Saviour Balzan.