PN: Muscat qed jgħix f'gidba....u l-iskandlu Gaffarena inħema f'Kastilja

Skont il-PN "l-iskandlu ta’ Gaffarena nħema u ġie ppjanat kollu f’Kastilja, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Jgħid x’jgħid il-Prim Ministru, l-fatti jinsabu fir-rapport tal-Awditur Ġenerali li jiddeskrivi l-konfoffa li eżistiet bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Gaffarena. Jgħid x’jgħid il-Prim Ministru, kien il-Ministeru tiegħu li għamel lil Gaffarena miljunarju mil-lejl għan-nhar."

Il-PN kompa jgħid li flok ikompli "jagħmel farsa, Joseph Muscat aħjar iwieġeb jekk kienx jaf bl-iskandlu ta’ Gaffarena, u jekk Gaffarena ħallasx lil xi ħadd biex ħa dak li ħa. Din hija farsa mill-bidu sal-aħħar, b’Joseph Muscat jiftaħ kawża kontra Joseph Muscat. Hu għalhekk li l-Kap tal-Oppożizzjoni insista li mhux se jieħu sehem f’din il-farsa. Joseph Muscat jaf li qed jgħix gidba," temm jgħid il-PN.

 

More in Politika