Il-Maltin huma l-aktar poplu fl-Unjoni Ewropea kollha li jixtiequ li r-Renju Unit jibqa' membru tal-UE. Fil-fatt, minn studju li sar minn Lord Ashcroft u li kien ippublikat fuq il-gazzetta Ingliża The Sun jidher illi 76% tal-Maltin jixtiequ li dan il-pajjiż jibqa' membru. Dan l-istudju sar fid-dawl tad-diskussjonijiet li se jkunu qed jibdew għada bejn il-mexxejja politiċi Ewropej f'Summit li mistenni jitratta punti li l-Prim Ministru David Cameron jixtieq jirrinegozja mal-UE. L-aktar punt li mistenni jkun dibattut u li dwaru mistennija differenza hija l-proposta tar-Renju Unit illi immigranti lejn il-pajjiż ma jingħatawx benefiċċji fl-ewwel snin.
Minn naħa tiegħu filwaqt li wera' d-dispożizzjponi tiegħu li jinnegozja u jiddiskuti ma' Cameron, il-President tal-Paelament Ewropew Martin Shulz iżda għamilha ċara li mhu qed iwiegħed xejn.
Intant l-istudju li kien ippublikat fuq is-sit independent.co.uk wkoll irraporta kif il-Franċiżi, b'50% u l-Awstrijaċi b'41% huma l-inqas li jixtiequ lir-Renju Unit jibqa' fl-UE.