Id-destin ta’ delfin partikolari kien wieħed qasir u sfortunat hekk kif spiċċa miet wara li ttella’ mill-baħar minn persuna li ġietha l-idea li toqgħod tieħu l-istessi miegħu.
Dan kollu ġara fil-bajja ta’ Santa Tereżina fl-Arġentina meta persuna li kienet qegħda tgħum sabet denfil li nġarr mill-baħar, ġabru u ħa selfie miegħu. Wara li raw dan, għexieren ta’ nies nġabru madwar dan il-mammiferu u qagħdu jieħu s-selfies, sakemm l-annimal miet. Id-delfin miet wara li t-temperatura ta' ġismu telgħet wisq.
Id-denfil huwa protett minħabba li jeżistu biss 30,000 minn din l-ispeċi. Fil-fatt għaqdiet favur l-annimali selvaġġi fl-Arġentina ħarġu stqarrija jfakkru fl-importanza li dawn it-tip ta' annimali jkunu trattati b'mod tajjeb u li ma jinħarux mill-ilma.