Ir-Renju Unit irid jirrestrinġi l-benefiċċji lill-barranin fil-pajjiż

Minn hawn u ftit ieħor jibdew id-diskussjonijiet bejn il-mexxejja Ewropej dwar il-futur tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea

Il-PM tar-Renju Unit David Cameron
Il-PM tar-Renju Unit David Cameron

Minn hawn u ftit ieħor se jkun qed jingħata bidu għal diskussjonijiet bejn il-mexxejja Ewropej dwar il-futur tar-Renju Unit flpUnjoni Ewropea u dak li qed jitlob il-Prim Ministru Cameron. Fost l-punti li hemm fl-arranġament li Cameron qed imexxi 'l quddiem hemm dak relatat mal-benefiċċji li jingħataw lill-barranin fil-pajjiż, anke barranin minn pajjiżi tal-UE. Ir-Renju Unit qed jisħaq illi l-benefiċċji li jistgħu jingħataw fl-ewwel erba' snin minn meta persuna tmur tgħix fil-pajjiż għandhom ikunu restritti. 

Apprti minn dan iżda r-Renju Unit jixtieq ukoll illi l-Parlament Nazzjonali jkollu aktar poteri u li l-pajjiż ma jkunx parti minn ambizzjoni ta' aktar qsim ta' poter fi ħdan l-UE. 

Jekk jintlaħaq qbil matul dawn il-jumejn dan ikun ifisser il-bidu ta' kampanja referendarja bil-mistoqsija tkun dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa' parti mill-UE jew le. Dwar dan diġa tkellmu bosta personaġġi u għaqdiet diġa. Fost il-kwistjonijiet li qed jitqajmu hemm l-immigrazzjoni b'dawk li huma favur li r-Renju Unit jibqa' membru tal-UE jgħidu illi l-immigranti li qegħdin fi Franza jistgħu jmorru lejn ir-Renju Unit jekk kemm-il darba l-pajjiż ma jibqax membru sħiħ tal-UE. 

More in Politika