Id-diskussjonijiet bejn il-mexxejja Ewropej dwar it-talbiet tar-Renju Unit baqgħu għaddejjin matul il-lejl kollu. Is-sit Ingliż BBC irraportat kif minkejja li kien sas-siegħet bikrin ta' filgħodu illi baqgħu għaddejjin id-diskussjonijiet ma kien hemm l-ebda żblokk jew progress. Jidher s'issa illi -pakbar problema tibqa' dik relatata mar-restrizzjonijiet fil-benefiċċji soċjali u l-fatt li r-Renju Unit jrid li l-Parlament nazzjonali jibqa' jkollu aktar poteri.
Id-diskussjonijiet se jkomplu dalgħodu. Fost il-Mexxejja tal-UE qed jattendi il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.