Konsultazzjoni pubblika dwar il-Politika Nazzjonali Agrikola fl-aħħar ta' Frar

“Issues Paper” dwar dan qiegħda tiġi evalwata

Prodott agrikolu Malti
Prodott agrikolu Malti

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li fl-aħħar ta' Frar se tibda’ l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Politika Nazzjonali Agrikola. Brincat kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Toni Bezzina. Qal ukoll li kuntrattur ippreżenta “Issues Paper” li qiegħda tiġi evalwata. Sussegwentament din l-Issues Paper ħa toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika. Wara din il-konsultazzjoni pubblika jkun jista’ jiġi ppreżentat il-Pjan tal-Politika Agrikola Nazzjonali.

More in Politika