F'intervista mal-Euronews il-mexxej tal-Partit UK Independence Party Nigel Farage qal illi jekk ma jintlaħaqx qbil bejn l-UE u r-Renju Unit allura l-BREXIT, jew il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, tkun xi ħaġa ċerta. Minkejja dan Farage, li jmexxi partit li ilu jikkampanja biex pajjiżu joħroġ mill-UE, qal li probabilment jintlaħaq qbil għada il-Ġimgħa.
Huwa kompla jikkritika dak li qed jiddiskuti Cameron u qal illi l-proposti oriġinali m'għadhomx daqstant riġidi. "Cameron mhux qed jitkellem dwar iktar poteri lura lir-Renju Unit, mhux qed jitkellem dwar tnaqqis fil-miżati li nħallsu lill-UE u lanqas ma kien qed jitkellem dwar t-teħid lura tal-kontrol tal-fruntieri" sostna farage.
Huwa qal li jistenna aktar teatrini u lill-pajjiżi tal-lvant jkunu iebsin fuq l-arranġament mar-Renju Unit.