Kmieni dalgħodu ntlaħaq qbil li jagħti lir-Renju Unit status speċjali, fosthom billi l-pajjiż iżomm il-kontrolli tiegħu fuq il-fruntiera. Fl-ewwel indirizz tiegħu wara dan il-qbil il-Prim Ministru Ingliż David Cameron għamilha ċara illi pajjiżu ma jista qatt ikun parti minn stati uniti Ewropej, jew kif sejjaħlu 'European Super state'. Huwa qal li pajjiżu hemm bżonn jibqa' fl-Unjoni fejn jista jinfluwenza d-deċiżjonijiet u jieħu l-azzjoni imma jibqa' barra minn kwistjonijiet li ma jgħoddux għar-Renju Unit. Fosthom semma l-bailouts u l-kontroll tal-fruntiera. Hu għamilha ċara wkoll li pajjiżu "qatt mhu se jkun membru tal-euro".
Video is unavailable at this time.