Fis-surevy tal-Malta Today ħareġ ċar li hemm tgergir kbir fost il-laburisti ferventi jew dawk li minn dejjem kienu laburisti, fejn 10 fil-mija minnhom qalu li ma jafdaw la lil Muscat u lanqas lil Busuttil u li kellha ssir elezzjoni issa ma jivvutawx.
Sadattant 33% ta' l-iswiċers li kienu Nazzjonalisti u vvutaw labour l-elezzjoni li għaddiet qalu li llum marru lura lejn il-PN. Dan juri biċ-ċar li xogħol Muscat issa hu li jikkonvinċi lil dawk il-laburisti li qed igergru u qed jitilquh u fl-istess ħin iżomm is-67% tal-iswiċers biex jiżgura rebħa qawwija oħra fl-elezzjoni li jmiss. Muscat naqqas id-distakk fil-popolarita mqabbel ma' Simon Busuttil għal punt fejn issa minn 9 punti għandu 8 punti aktar minn Busuttil, filwaqt li d-differenza bejn iż-żewġ partiti huma biss ta' punt wieħed.