Pressjoni kbira twassal lill-Arċisqof biex jirreaġixxi: 'It-terapija fuq il-gays mhux aċċettabbli'

L-Arċisqof Scicluna
L-Arċisqof Scicluna

Pressjoni kbira u kritika ħarxa minn diversi bnadi wasslet biex l-Arċisqof Charles J Scicluna jirreaġixxi għar-rapport li ħarġet il-Knisja stess. Dan ir-rapport jindika l-omosesswalita' bħala kundizzjoni li tista titfejjaq. Mal-ILLUM ipublikata ilbieraħ persuna Malitja li marret għal terapija ta' konverżjoni, jew terapija li suppost tbiddillek l-orjentazzjoni sesswali, ddeskriva r-rapport bħala "pastażata". 

Mal-ġurnal The Times l-Arċisqof Scicluna  qal illi t-terapija fyq persuni omosesswali Huma "no-go area". Jidher illi l-Arċisqof se jkun qed jiltaqa' mat-tim li ħareġ dan ir-rapport illi għandu l-barka tal-istess Knisja Kattolika. 

More in Politika