Skont ċifri żvelati fil-Parlament San Pawl il-Baħar, li jinkorpora fih Buġibba u l-Qawra hija l-aktar lokalita' li fiha hemm jgħixu nies li huma fil-bżonn u li jagħmlu użu minn ikel mingħajr ħlas mogħti mill-Unjoni Ewropea. Fil-fatt dawn iċ-ċifri juru kif f'din il-lokalita' hemm b'lollox 964 benefiċċjarju ta' dan l-ikel provdut skont il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għal Persuni l-aktar fil-Bżonn (FEAD).
Minkejja dan, skont eżerċizzju magħmul mill-ġurnal The Times ppublikat dalgħodu, l-akbar persentaġġ ta' benefiċċjarji ta' ikel b'xejn huma f'Bormla, fejn skont l-istess ġurnal 11% tal-popolazjoni jagħmlu użu minn ikel mingħajr ħlas.
Il-Belt Valletta hija lokalita' oħra illi fiha hemm numru qawwi ta' benefiċċjarji,b'466 u magħha Birkirkara li fiha hemm 888 benefiċċjarju. Minkejja dan ta' min wieħed ifakkar li Birkirakara għandha popolazzjoni ħafna ikbar mill-Belt Valletta, b'madwar 24,000 persuna tgħix f'dan ir-raħal.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Michael Farrugia għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.