Front Ħarsien ODZ jgħidu li l-art ingħatat lil Sadeen b'qerq
Jgħidu li hemm bżonn studji serji dwar il-mina bejn iż-żewġ gżejjer

More in Politika
Jgħidu li hemm bżonn studji serji dwar il-mina bejn iż-żewġ gżejjer
F'laqgħa ma' Deborah Schembri, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv, il-Front qal li l-proġett ta' Sadeen li mhuwiex Universita' Amerikana ma għandux jitqies bħala proġett nazzjonali.
'Il- proġett ta' Sadeen f' Marsaskala, hu proġett privat u ma għandux jingħata vantaġġ b'mod inġust, fuq proġetti privati oħra bl-għotja ta' art pubblika. Il-proġett ta' Sadeen li mhuwiex Universita' Amerikana se jikseb art pubblika għal prezz imnaqqas, liema art li hi ta' valur pubbliku, se titnaqqas minn spazju pubbliku u f'żona barra miż-żoni ta' zvilupp. Dan it-transferiment hu wieħed qarrieq minhabba li t-trasferiment ta' assi pubbliċi f'id il-privat qiegħed jiġi impenġi bħala 'proġett nazzjonali'. Jekk il-Gvern verament jrid li l-art barra miż-żona tal-iżvilupp ma tittiħiedx, għandha tibda billi l-iżvilupp tal-proġett ta' Sadeen f' Marsaskala ma jitħalliex jibda.
'Fl-istess ħin, il-Front jinnota l-istqarrija riċenti tal-gvern li ma jipproponix iktar proġetti ġodda fuq art li hi barra miż-żona tal-iżvilupp. Din l-istqarrija għandha tissarraf f'impenn ċar minn naħa tal-gvern biex il-yatch marina u l-korsa ta' tlielaq ma jiġux żviluppati fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp. Għandha ukoll tissarraf f'impenn ċar kontra proġetti ta' riklamazzjoni ta' art li jħallu impatt fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp li jinsabu f'żoni kostali. Barra minn hekk, għandu jkun hemm studji serji għall-inzjattivi proposti bħal dik tal-mina bejn Malta u Għawdex, qabel dawn ma jiġu ikkunsidrati.
Il-Front Ħarsien ODZ appella ukoll lil Deborah Schembri biex iżżomm mal-pożizzjoni tal- amministrazzjoni li għaddiet fil-kaz tal-villel f'Ta' Ċenċ, liema applikazzjoni bħalissa qegħda tiġi ikkunsidrata mill-MEPA.