Dalgħodu f'kummenti lill-ġurnalisti l-Prim Ministru Joseph Muscat kompla jiddefendi lil Konrad Mizzi, wara li dan stess kien żvela illi għandu 'trust' f'New Zealand u kumpanija fil-Panama. Muscat qal illi ladarba Mizzi iddikjara dak kollu li għandu mela allura mhu qed jagħmel xejn ħażin.
Muscat fakkar kif dak kollu li għandu Mizzi huwa repistrat u se jkun qiegħed jitpoġġa bħala parti mill-eżerċezzju ta' reġistrar tal-assi ta' kull Ministri. Anke lbieraħ il-Prim Ministru tkellem dwar il-każ ta' Mizzi fejn fakkar illi l-ħażin isir meta Ministru ma jiddikjarax l-assi li għandu. Hawnhekk huwa fakkar f'Austin Gatt li ma kienx iddikjara kont li kellu fl-Iżvizzera.