F'indirizz lit-telespettaturi ta' Net Television il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li huwa diżgustat bl-aġir tal-Gvern fil-każ tat-trust li għandu Konrad Mizzi f'New Zealand u l-kumpanija f'Panama. Busuttil kompla jgħid li l-aġir tal-Gvern mhux aċċettabbli, speċjalment meta wieħed jieħu in kunsiderazzjoni li l-istess Mizzi għandu dekasteru tant kbir.
Simon Busuttil qal illi Joseph Muscat minflok ta lil Mizzi daqqa ta' sieq 'l barra tah promozzjoni u għamlu Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Busuttil temm jgħid illi jiddispjaċih għall-pajjiż u li se jaħdem biex joffri alternattiva aħjar. Hu repa fakkar li l-Gvern preżenti, skontu jinsab fi "kriżi ta' korruzzjoini"