Kumpanija Internazzjonali tal-awditjar qed tinvestiga l-kumpanija tal-Panama

Muscat ma jsemmix l-isem tal-kumpanija filwaqt li jgħid li sew Mizzi kif ukoll Schembri kellhom intenzjonijiet tajba u m'għamlu xejn illegali

Il-Prim Ministru Muscat qal li hemm kumpannija internazzjonali li mhux bażata f'Malta li qed tinvestiga l-kumpanija ta' Konrad Mizzi fil-Panama. Il-prim ministru ma riedx isemmi l-isem ta' din il-kumpannija  fejn ikkonferma li jekk jinstabu eluf jew miljuni moħbija  Konrad Mizzi jiġi mkeċċi immedjatament.

Qal ukoll li l-Panama se tikkolabora mal-investigazzjonijiet. Mistoqsi għaliex Keith Schembri u l-kumpaniji tiegħu mhux qed jiġu nvestigati, hu qal li Schembri kien irriżenja mill-kumpaniji qabel laħaq chief of staff tiegħu u m'hemmx għalfejn jgħaddi mill-istess skrutinju ta' Mizzi. Muscat iddefebda lil Mizzi u Schembri billi qal li t-tnejn li huma kellhom intenzjonijiet tajba u m'għamlu xejn illegali.
Muscat qal li Mizzi u Schembri ġew mogħtija parir ħażin bie xjiftħu kumpannija tax-shell fil-Panama u trust fund fi  New Zealand.

More in Politika