Bħalissa għaddej l-eżeċizzju ta' mistoqsijiet lil Toni Abela, li kien magħżul mill-Gvern biex jieħu post Louis Galea fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Ftit mumenti ilu saret mistoqsija illi matulha Abela kien iffaċċjat bl-akkużi politiċi li kien għamel il-PN qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali dwar il-blokka l-bajda, f'referenza għal kokaina f'każin Laburista.
Abela fakkar kif minn meta saru l-akkużi lil hawn ma ttieħdu ebda passi kontrieh u wera' ruħu sorġriż kif wara tliet snin dawn l-akkużi kellhom jerġgħu jitqajmu fil-Parlement Ewropew. Dan il-każ beda jdur qabel is-sessjoni ta' mistoqsijiet li saru illum u huwa mifhum li l-akkużi li saru l-ewwel mill-PN f'Malta ġew iċċirkolati "minn sorsi anonimi".