Joseph Muscat f'laqgħa ma' mexxejja Ewropej dwar il-Libja
"...b’mod rikonoxxut u leġittimu, nieħdu rwol proattiv fuq soluzzjonijiet għall-kriżi fil-Libja” - Joseph Muscat
More in Politika
"...b’mod rikonoxxut u leġittimu, nieħdu rwol proattiv fuq soluzzjonijiet għall-kriżi fil-Libja” - Joseph Muscat
Malta kienet waħda mill-ħames pajjiżi msejjħa fi Brussell mill-Prim Ministru Ingliż David Cameron biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-Libja.
Flimkien mal-Prim Ministru Ingliż David Cameron, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-President Franċiż Francois Hollande, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u l-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy, u mar-rappreżentant għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin Federica Mogherini, il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser ix-xogħol li qed jitwettaq biex titqajjem realiżazzjoni li l-kwistjoni tal-Libja ma tistax tiġi minsija.
Fil-laqgħa tal-lum, li kienet issegwi dik li Dr Muscat kellu ma’ David Cameron it-Tnejn li għadda f’Londra, ġie enfassiżat li l-Libja hija priorità għall-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru qal li “huwa ta’ sodisfazzjon li David Cameron sejjaħ din il-laqgħa llum biex naraw il-pass li jmiss għall-istabbilità tal-Libja u r-rikonoxximent ta’ Gvern fil-Libja”.
Kienet diskussa wkoll l-isfida tal-immigrazzjoni hekk kif il-Libja tibqa’ rotta li bħalissa mhux qed tiġi użata ħafna imma li tista’ tintuża fiż-żmien li ġej. Dr Muscat qal li l-Ewropa ma tistax terġa tinqabad, kif inqabdet għal ħafna żmien, qisha ma tafx x’ħa taqbad tagħmel. Sostna li għandu jkun hemm pjan lest b’punti speċifiċi ħafna.
“Dan huwa l-mod kif Malta tista’ tikkontribwixxi biex, b’mod rikonoxxut u leġittimu, nieħdu rwol proattiv fuq soluzzjonijiet għall-kriżi fil-Libja”, temm jgħid il-Prim Ministru.