L-Għaqda Studenteska Pulse ħabbret li minkejja illi "kienet sena pożittiva u impenjattiva" mhux se tkun qed tipparteċipa fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) ta' din is-sena. "Din id-deċiżjoni", kompliet tgħid l-għaqda fi stqarrija maħruġa ftit ħin ilu, "qiegħda tittieħed fid-dawl tal-proċess ta’ ristrutturar li l-għaqda għadha għaddejja minnu fl-Universita. Madanakollu ħidmet il-Pulse mhux ser tkun qed tbatti mir-ritmu, iżda ser tkun qed tintensifika għal dak li temmen fih."
Intant l-istess għaqda qegħda titlob biex issir riforma sħiħa fil-mod kif isiru l-elezzjonijiet tal-KSU. Is-sistema bħalissa mhix swaħda rapreżentattiva, hekk kif l-għaqdiet li ma jġibux il-maġġoranza ma jkunux rappreżentati f'dan il-kunsill.