Il-PN irrisponda lil PL dwar silenzju fil-każ tad-dar ta' Beppe Fenech Adami billi fakkar kif għal "33,120 minuta sħaħ, Joseph Muscat għażel li jiddefendi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri li nqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama u li komplew ħbewhom fi trusts sigrieti fi New Zealand.
Għal 10,260 minuta sħaħ, Joseph Muscat għażel li jiddefendi lil Keith Schembri wara li ġie allegat li l-istess Schembri xaħħam uffiċjal tat-Times. Dawn l-allegazzjonijiet wasslu biex l-istess uffiċjal jirriżenja mill-kariga u t-Times ħatret inkjesta mmexxija mill-Imħallef Giovanni Bonello. F’dan il-każ, it-Times tat lezzjoni lil Joseph Muscat ta’ kif jaġixxi min m’għandux faħam miblul: jinvestiga bis-serjetà u jissospendi lil min għandu dell tqil fuqu."
Il-PN qal li d-difiża ta’ Muscat lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi tkabbar is-suspett li l-istess" Muscat kompliċi mal-id il-leminija u mal-id ix-xellugija tiegħu."