L-ambjent u l-faqar fost it-temi tal-Konferenza Ġenerali li jmiss tal-PL

...Għada l-Ħadd il-President tal-Partit Laburista u Karm Farrugia jitkellmu dwar il-qagħda preżenti tal-Partit Laburista fil-gazzetta l-ILLUM

Daniel Micallef - Il-President tal-PL
Daniel Micallef - Il-President tal-PL

Għada fuq il-gazzetta ILLUM se tkun ippublikata intervista mal-President tal-Partit Laburista Daniel Jose Micallef. Fiha huwa jitkellem dwar il-Partit Laburista bħalissa, dwar il-każ tal-Panama kif ukoll dwar Toni Abela. Fost affarijiet oħrajn Micallef jitkellem ukoll dwar il-konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista li mistennija titlaqqa' f'April. L-ILLUM hija nfurmata illi fost it-temi li se jkunu diskussi se jkun hemm l-ambjent, il-faqar u drittijiet tal-ħaddiem. 

Intant għada fuq l-ILLUM ukoll l-ekonomista xellugi Karm Farrugia wkoll jitkellem dwar il-qagħda tal-Partit Laburista u jissuġerixxi x'hemm bżonn isir biex il-PL joħroġ minn dak li sejjaħlu "sqaq". 

More in Politika