Robert Musumeci: 'Moviment ma jiprovax ikisser lil min ma jaqbilx miegħu'

Jirreġixxi għal storja li dehret fuq l-ILLUM.... Laqgħa bejn Marlene Farrugia u Salvu Mallia il-ġimgha l-oħra segwita minn laqgħat oħrajn madwar il-pajjiż qed jibnu momentum qawwi biex jinħoloq it-tielet partit

Musumeci joħroġ għonqu għal Marlene ukoll
Musumeci joħroġ għonqu għal Marlene ukoll

Il-Perit Robert Musumeci li riċentement kien intervistat mill-gazzetta ILLUM ftit ġimgħat ilu ħalla tweet illi fih ireaġixxa għal storja li dehret illum fuq l-istess ġurnal fil-paġna ta' wara . F'din l-istorja Franco Mercieca jkun l-ewwel MP Laburista li pubblikament joħroġ għonqu għall-eks MP Laburista Marlene Farrugia u jgħid li din "mxiet ta' mara".

Musumeci dissident tal-PN u persuna li mexa qrib il-PL f'dawn l-aħħar snin approva l-kumment ta' Mercieca u qal li "meta hemm dissent trid tibqa' turi rispett. Mhux tkissru/ha bil-bloggs."

Intant jidher illi f'dawn l-aħħar jiem komplew laqgħat bejn Farrugia u diversi persuni oħrajn biex ikun inkoraġġit aħjar il-ħolqien tat-tielet partit. Marlene Farrugia u Salvu Mallia ltaqgħu fi tmiem il-ħimgħa li għaddiet u wara din il-laqgħa saru bosta oħrajn li qed iqabbdu momentum tajjeb għall-ħolqien tat-tielet partit f'pajjiżna. 

More in Politika