Il-Komunità Musulmana f'Malta tikkundanna l-attakki

...tħeġġeġ għal ġlieda kontra dawn l-atroċitajiet. 

Il-Komunità Musulmana Ahmadiyya ta' Malta fi stqarrija ikkundannat l-attakki terroristiċi fi Brussell. L-istess komunita' esprimiet it-tama li dawk li wettaqu dan l-attakk jiffaċċjaw il-ġustizzja u ħeġġet għat-talb għall-vittmi innoċenti ta' dawn "l-attakki barbari". 

Fl-istess staqrrija il-komunità Ahmadiyya fakkret kif it-terroriżmu sar wieħed mill-akbar theddidiet hekk kif la jaf fruntieri u ma tarax wċuħ. "wasal iż-żmien għad-dinja kollha, irrispettivment mill-fidi, kulur, twemmin u nazzjonalità, biex jingħaqdu flimkien kontra dawn l-atroċitajiet."

 

 

 

 

 

 

More in Politika